Kif tara rapport web
Tistaʼ tfittex rapporti web dwar effetti sekondarji ssuspettati (magħrufin ukoll bħala reazzjonijiet avversi għal mediċina) għal mediċina jew sustanzi attivi billi tuża l-għodda ta' bbrawżjar A-Z.
Ir-rapporti web kollha għandhom l-istess format, elementi taʼ data u funzjonalitajiet. Iċ-ċifra li tidher online hija dejjem it-total attwali taʼ każijiet serji/mhux serja spontanji rrapportati sal-aħħar tal-ġimgħa preċedenti. Iċ-ċifri jiġu aġġornati online kull nhar taʼ Tnejn.
L-informazzjoni mogħtija fir-rapporti web hija bbażata fuq każijiet individwali li jissodisfaw il-kriterji deskritti fil-paġna web tas-sors tad-data.
Kull rapport web huwa magħmul minn 7 tabs
Tab 1 - Numru ta' każijiet individwali |
|
Tab 2 - Numru ta' każijiet individwali |
|
Tab 3 - Numru ta' każijiet individwali minn pajjiżi taż-żEE |
|
Tab 4 - Numru ta' każijiet individwali skont il-gruppi ta' reazzjoni |
|
Tab 5 - Numru taʼ każijiet individwali għal grupp ta' reazzjoni magħżul |
|
Tab 6 - Numru taʼ każijiet individwali għal reazzjoni magħżula |
|
Tab 7 – Elenku Dettaljat |
|
Aktar informazzjoni
Importanti
It-total attwali taʼ każijiet individwali disponibbli fit-Tab 1 huwa l-valur li għandu jintuża biex jiġi kkwantifikat in-numru totali taʼ każijiet individwali li ġew irrapportati lill-EudraVigilance għal mediċina jew sustanza attiva magħżula.
L-informazzjoni disponibbli fit-Tab 3, Tab 4, Tab 5 u Tab 6 tikkunsidra l-effett(i) sekondarju/sekondarji ssuspettat(i) irrapportat/rrapportati fʼkaż individwali; peress li każ individwali jistaʼ jirreferi għal aktar minn effett sekondarju ssuspettat wieħed, l-informazzjoni ma tirrappreżentaX in-numru totali taʼ każijiet individwali li ġew irrapportati lill-EudraVigilance, iżda n-numru taʼ effetti sekondarji relatati.
L-informazzjoni disponibbli fit-Tab 2 u t-Tab 7 tipprovdi n-numru taʼ każijiet individwali rrapportati tul perjodu taʼ żmien.