Ċaħda ta’ responsabbiltà

Kull darba li tfittex għal rapport web tintwera ċaħda taʼ responsabbiltà. Biex tara rapporti individwali trid tikkonferma li qrajt u li fhimt iċ-ċaħda tar-responsabbiltà.

Iċ-ċaħda taʼ responsabbiltà tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

  • L-informazzjoni fuq dan is-sit web ma tirrifletti l-ebda konferma taʼ xi rabta potenzjali bejn il-mediċina u l-effett(i) osservat(i).
  • L-informazzjoni fuq dan is-sit web tikkonċerna assoċjazzjonijiet issuspettati li jirriflettu l-osservazzjonijiet u l-fehmiet tal-persuna li tagħmel ir-rapport. Valutazzjoni xjentifika taʼ relazzjoni taʼ kawża u effett bejn mediċina u effett hija parti mill-monitoraġġ kontinwu tal-benefiċċji u r-riskji taʼ mediċina; il-valutazzjoni tqis ħafna fatturi oħra, bħall-kundizzjoni medika u l-istorja medika tal-pazjent.
  • L-informazzjoni tistaʼ tinkludi effetti sekondarji magħrufa li diġà huma elenkati fis-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott (SmPC) u fil-fuljett taʼ tagħrif.
  • In-numru taʼ effetti sekondarji ssuspettati fl-EudraVigilance mʼgħandux iservi bħala bażi biex tiġi stabbilita l-probabbiltà taʼ okkorrenza taʼ effett sekondarju. Dan peress li n-numri jeħtieġ li jitpoġġew fʼkuntest maʼ fatturi oħrajn, bħal pereżempju l-ammont ta' persuni li jieħdu l-mediċina u kemm il-mediċina ilha fis-suq.
  • Kull każ individwali fl-EudraVigilance ġeneralment jirreferi għal pazjent wieħed; madankollu, jistaʼ jkun li ġew irrapportati iktar minn effett sekondarju wieħed fʼrapport. Għaldaqstant, in-numru taʼ effetti sekondarji mhux dejjem se jkun l-istess bħan-numru taʼ każijiet individwali.
  • Ir-rapporti tal-effetti sekondarji fl-EudraVigilance ma jirrappreżentawx l-informazzjoni disponibbli kollha li tikkonċerna l-benefiċċji u r-riskji taʼ mediċina u m'għandhomx jintużaw waħedhom sabiex jittieħdu deċiżjonijiet rigward l-iskema taʼ kura taʼ pazjent; l-ewwel għandhom jiġu kkonsultati sorsi taʼ informazzjoni oħrajn, inkluż l-informazzjoni dwar il-prodott/ir-riċetta taʼ tabib.
  • Il-pazjenti u l-konsumaturi mʼgħandhomx iwaqqfu jew jibdlu l-mediċina preskritta mingħajr konsultazzjoni minn qabel maʼ professjonista fil-qasam tal-kura tas-saħħa.
 EMA
EudraVigilance