Twissijiet għas-sigurtà tal-pazjenti

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini tippubblika twissijiet għas-sigurtà tal-pazjenti meta tirrakkomanda bidliet kbar fl-awtorizzazzjoni ta' mediċina. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għall-mediċini jippubblikaw ukoll informazzjoni dwar is-sigurtà tal-pazjenti li hija relatata mal-mediċini awtorizzati fl-Istati Membri. Ara l-lista tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għall-mediċini fiż-ŻEE għal informazzjoni ta' kuntatt.

Kwalunkwe tħassib relatat ma' xi mediċina għandu jiġi diskuss dejjem mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek. L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ma tistax tagħti parir lil pazjenti individwali dwar il-kura jew il-kundizzjoni tagħhom.

 EMA
EudraVigilance