Kuntatti
Lil min għandi nikkuntattja?
Jiena pazjent jew persuna li tieħu ħsieb pazjenti
- Jekk għandek xi tħassib relatat maʼ mediċina li qed tieħu, jew kwalunkwe mistoqsija dwar informazzjoni li rajt fuq dan is-sit web, inti mħeġġeġ/mħeġġa li titkellem maʼ professjonista fil-qasam tal-kura tas-saħħa.
- Jekk tixtieq tirrapporta xi effett sekondarju, inti mħeġġeġ/mħeġġa li titkellem ma' professjonista fil-qasam tal-kura tas-saħħa. Dejjem iktar, pazjenti jistgħu jirrapportaw effetti sekondarji ssuspettati permezz ta' diversi metodi, bħall-formoli tar-rappurtar tal-pazjenti online ospitati mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għall-mediċini jew permezz tat-telefon. Ħares lejn il-lista tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għall-mediċini fiż-ŻEE għal informazzjoni dwar kif għandek tirrapporta effett sekondarju.
- L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ma tistax taċċetta rapporti dwar effetti sekondarji ssuspettati minn pazjenti jew minn persuni li jieħdu ħsieb pazjenti, u lanqas ma tista' tagħti parir mediku individwali.
Jien professjonista fil-qasam tal-kura tas-saħħa
- Jekk għandek xi tħassib relatat mas-sigurtà taʼ mediċina, inti mħeġġeġ/mħeġġa li tikkuntattja lill-awtorità regolatorja nazzjonali għall-mediċini tiegħek. Ħares lejn il-lista tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għall-mediċini fiż-ŻEE.
- L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ma tistax tiġbor rapporti dwar effetti sekondarji ssuspettati minn professjonisti il-qasam tal-kura tas-saħħa, u lanqas ma tistaʼ tagħti parir mediku individwali.
Qed ikolli problema teknika bis-sit web, jew ma nistax nara r-rapporti tal-web
- Għal appoġġ tekniku, jekk jogħġbok żur il-portal tas-Service Desk tal-EMA bl-użu tal-kredenzjali tal-utent tiegħek għal sistema ospitata mill-EMA (minbarra l-Eudravigilance). Jekk mʼgħandekx kont jew insejt il-kredenzjali tiegħek, jekk jogħġbok ikklikkja hawnhekk
Jiena nagħmel parti minn awtorità regolatorja nazzjonali għall-mediċini jew minn kumpanija tal-farmaċewtika u għandi mistoqsija dwar kif nistaʼ naċċessa s-sistema tal-EudraVigilance għal finijiet professjonali
- Jekk jogħġbok żur il-portal tas-Service Desk tal-EMA bl-użu tal-kredenzjali tal-utent tiegħek għal sistema ospitata mill-EMA (minbarra l-Eudravigilance). Jekk mʼgħandekx kont jew insejt il-kredenzjali tiegħek, jekk jogħġbok ikklikkja hawnhekk
Għall-mistoqsijiet l-oħra kollha
- Jekk jogħġbok żur il-portal tas-Service Desk tal-EMA bl-użu tal-kredenzjali tal-utent tiegħek għal sistema ospitata mill-EMA (minbarra l-Eudravigilance). Jekk mʼgħandekx kont jew insejt il-kredenzjali tiegħek, jekk jogħġbok ikklikkja hawnhekk