Aċċess fuq l-internet għar-rapporti ta' effetti sekondarji ssuspettati

Immagni tal-pagna ewlenija

Fuq din il-websajt, tista' tara dejta dwar l-effetti sekondarji ssuspettati li huma magħrufa wkoll bħala reazzjonijiet avversi suspettati għal mediċina fil-każ ta' mediċini awtorizzati fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE).

Għal mediċini awtorizzati fuq livell ċentrali, l-aċċess għar-rapporti jingħata bl-isem tal-mediċina jew bl-isem tas-sustanza attiva. Għal mediċini li mhumiex awtorizzati fuq livell ċentrali, l-aċċess jingħata abbażi tal-isem tas-sustanza attiva biss.

Biex tikkonsulta r-rapporti ta' effetti sekondarji għall-vaċċini COVID-19, segwi din il-link, imbagħad agħfas fuq l-ittra 'C' u niżżel 'l isfel sa "COVID-19".

Informazzjoni ewlenija
bulit L-informazzjoni fuq din il-websajt hija relatata ma' effetti sekondarji ssuspettati, jiġifieri avvenimenti mediċi li ġew osservati wara l-użu ta' mediċina, iżda li mhumiex neċessarjament relatati mal-mediċina jew ikkawżati minnha.
bulit L-informazzjoni dwar l-effetti sekondarji suspettati m'għandhiex tiġi interpretata bħala li tfisser li l-mediċina jew is-sustanza attiva tikkawża l-effett osservat jew li mhijiex sigura biex tintuża. Evalwazzjoni ddettaljata u valutazzjoni xjentifika tad-dejta kollha disponibbli biss jippermettu li jsiru konklużjonijiet b'saħħithom dwar il-benefiċċji u r-riskji ta' mediċina
L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini tippubblika din id-data sabiex il-partijiet kkonċernati tagħha, inkluż il-pubbliku ġenerali, jistaʼ jkollhom aċċess għall-informazzjoni li l-awtoritajiet regolatorji Ewropej jużaw biex jirrieżaminaw is-sigurtà taʼ mediċina jew taʼ sustanza attiva. It-trasparenza hija prinċipju taʼ gwida ewlieni tal-Aġenzija.
 EMA
EudraVigilance