Drittijiet tal-Awtur
Il-kontenut  taʼ dan  is-sit web, li hu magħruf bħala l-'Bażi taʼ Data Ewropea ta' rapporti dwar reazzjonijiet avversi  ssuspettati għal mediċina', huwa © EMA  [1995-2025].
      
      Bʼmod partikolari,  sakemm ma jingħadx mod ieħor, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, skont il-leġiżlazzjoni attwali tal-Unjoni Ewropea u  fuq livell internazzjonali, hija l-proprjetarja tad-drittijiet tal-awtur u  tad-drittijiet tad-database ta' dan is-sit web u tal-kontenut tiegħu.
      
      L-informazzjoni  u d-dokumenti li huma disponibbli fʼdawn il-paġni web huma pubbliċi u jistgħu jiġu riprodotti  u/jew distribwiti, bʼmod sħiħ jew parzjali, irrispettivament mill-mezzi u/jew  il-formati użati, għal finijiet kummerċjali u mhux kummerċjali, sakemm l-Aġenzija tkun dejjem rikonoxxuta bħala s-sors tal-materjal. Dan ir-rikonoxximent għandu jiġi  inkluż fʼkull  kopja tal-materjal.
      
      Jistgħu  jsiru ċitazzjonijiet minn tali materjal mingħajr il-bżonn taʼ permess minn qabel,  sakemm is-sors jiġi dejjem rikonoxxut. 


