Kif tirrapporta effett sekondarju

Ir-rapportar ta' effetti sekondarji generalment jitwettaq mill-professjonisti tal-kura tas-saħħa, u għaldaqstant inti mħeġġeġ sabiex tkellem professjonista tal-kura tas-saħħa, bħat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem iktar, pazjenti jistgħu jirrapportaw effetti sekondarji ssuspettati b'mod dirett permezz ta' diversi metodi bħall-formoli fuq l-internet tar-rapportar tal-pazjenti ospitati mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għall-mediċini jew permezz tat-telefown. Ikkonsulta l-awtorità xierqa mil-lista tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għall-mediċini fiż-ŻEE għal informazzjoni dwar kif għandek tirrapporta effett sekondarju.

Jekk qed tbati minn effett sekondarju jew taħseb li qed tbati minn wieħed, għandek tfittex parir mingħand professjonista tal-kura tas-saħħa. L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ma tistax taċċetta rapporti dwar effetti sekondarji direttament mill-pazjenti jew mill-konsumaturi. L-Aġenzija lanqas ma hija f'pożizzjoni li tipprovdi parir mediku individwali jew li tikkonferma jekk is-sintomi tiegħek humiex qegħdin jiġu kkawżati mill-mediċina tiegħek.

Iktar informazzjoni: Kont taf? Tista’ tirrapporta l-effetti sekondarji inti stess

 EMA
EudraVigilance