Kif tirrapporta event avvers suspettat

Jekk l-annimal(i) tiegħek juri/juru event avvers wara l-amministrazzjoni ta’ mediċina veterinarja jew taħseb li l-event jista’ jkun ta’ interess, għandek tfittex parir minn professjonist fil-qasam tal-kura tas-saħħa veterinarja, biex jirrapporta l-event.

Is-sidien tal-annimali jistgħu jirrappurtaw ukoll eventi avversi suspettati direttament permezz ta’ diversi metodi, bħal formoli ta’ rappurtar online li jiġu pprovduti mill-awtoritajiet regolatorji tal-mediċini nazzjonali, jew bit-telefon. Jekk jogħġbok ikkonsulta l-awtorità xierqa mil-lista tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-mediċina veterinarja fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) għal informazzjoni dwar kif tirrapporta event avvers suspettat, kif ukoll għall-gwida qasira li ġejja. L-eventi avversi jistgħu jiġu rrappurtati wkoll lill-kumpanija responsabbli għall-mediċina veterinarja (“detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq”).

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ma tistax taċċetta jew tipproċessa rapporti ta’ eventi avversi direttament mis-sidien tal-annimali jew minn professjonisti tal-kura tas-saħħa veterinarja. L-Aġenzija mhijiex f’pożizzjoni li tipprovdi parir mediku jew li tiddiskuti jekk xi event avvers osservat huwiex ikkawżat minn mediċina veterinarja speċifika.

 EMA
EudraVigilance