Kif tara rapport web

Tista’ tfittex rapporti fuq il-web dwar avvenimenti avversi suspettati relatati ma’ prodott mediċinali veterinarju bl-isem tiegħu jew bis-sustanza attiva tiegħu.

Ir-rapporti kollha fuq il-web għandhom l-istess tfassil, elementi ta’ data u funzjonalitajiet. Iċ-ċifra murija online hija dejjem total attwali ta’ każijiet spontanji serji/mhux serji rrappurtati. Iċ-ċifri jiġu aġġornati kull ġimgħa.

Numru ta’ rapporti/annimali skont l-ispeċi

  • Dan ir-rapport juri informazzjoni dwar in-numru ta’ rapporti u annimali affettwati minn każ avvers relatat mal-prodott jew is-sustanza attiva rilevanti, ikklassifikati skont l-ispeċi.

Numru ta’ rapporti/annimali skont ir-razza

  • Dan ir-rapport juri informazzjoni dwar in-numru ta’ rapporti u annimali affettwati minn każ avvers relatat mal-prodott jew is-sustanza attiva rilevanti, ikklassifikati skont ir-razez.

Numru ta’ rapporti/annimali skont l-oriġini ġeografika (ŻEE/Mhux ŻEE) u skont l-ispeċi

  • Dan ir-rapport juri informazzjoni dwar in-numru ta’ rapporti u annimali affettwati minn każ avvers relatat mal-prodott jew is-sustanza attiva rilevanti, ikklassifikati skont l-ispeċi u l-pajjiż magħżul.

Numru ta’ Każijiet skont il-gruppi ta’ reazzjoni skont l-ispeċi (mhux il-grupp ta’ età)

  • Dan ir-rapport juri informazzjoni dwar in-numru ta’ każijiet ta’ avveniment avvers relatat mal-prodott jew is-sustanza attiva rilevanti, u juri l-informazzjoni kklassifikata skont il-gruppi ta’ reazzjoni u l-ispeċi.

Numru ta’ Każijiet skont l-oriġini ġeografika u l-ispeċi

  • Dan ir-rapport juri informazzjoni dwar in-numru ta’ każijiet ta’ avveniment avvers relatat mal-prodott jew is-sustanza attiva rilevanti, ikklassifikati skont il-pajjiż u l-ispeċi..

Numru ta’ Każijiet skont l-Oriġini Ġeografika

  • Dan ir-rapport juri informazzjoni dwar in-numru ta’ każijiet relatati mal-prodott jew is-sustanza attiva rilevanti organizzati skont l-oriġini ġeografika.

Numru ta’ Każijiet għal reazzjoni magħżula

  • Dan ir-rapport juri informazzjoni dwar in-numru ta’ każijiet relatati mal-prodott jew is-sustanza attiva rilevanti kklassifikati skont ir-reazzjoni.

Elenkar iddettaljat

  • Dan ir-rapport juri lista dettaljata ta’ każijiet individwali rrappurtati lil EudraVigilance għal prodott jew sustanza speċifiku/speċifika


 EMA
EudraVigilance