Sors taʼ data

Dan is-sit web jagħti aċċess għar-rapporti fuq il-web dwar avvenimenti avversi relatati ma’ prodotti mediċinali veterinarji skont l-isem tal-prodott jew tas-sustanza.  Outputs ta’ data addizzjonali huma elenkar iddettaljat b’links għal formoli ta’ rapporti ta’ każijiet individwali.

Id-data kollha murija fir-rapporti fuq il-web, fl-elenkar iddettaljat u fil-formoli ta’ rapporti ta’ każijiet individwali tittieħed minn EudraVigilance Veterinary, sistema ta’ database mfassla għall-ġbir ta’ rapporti ta’ avvenimenti avversi suspettati, użati għall-monitoraġġ kontinwu tal-benefiċċji u r-riskji tal-mediċini wara l-awtorizzazzjoni tagħhom fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE). Id-database fiha rapporti ta’ avvenimenti avversi relatati mal-mediċini veterinarji awtorizzati kollha fl-UE u li seħħew fl-UE; kif ukoll barra mill-UE (għall-istess prodotti jew oħrajn simili).

Għal aktar informazzjoni dwar is-sistema ta’ farmakoviġilanza fis-seħħ għall-mediċini veterinarji fl-UE, jekk jogħġbok irreferi għall-Gwida tal-farmakoviġilanza.

Kull darba li taċċessa t-tfittxija għal rapport fuq il-web, ser tintwera dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà. Biex tara r-rapporti individwali għandek tikkonferma li qrajt u fhimt id-dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà. Int tingħata wkoll informazzjoni importanti dwar kif tifhem rapport fuq il-web.

 EMA
EudraVigilance