Aċċess fuq l-internet għar-rapporti ta' effetti sekondarji ssuspettati

Immagni tal-pagna ewlenija

Fuq din il-websajt, tista' tara dejta dwar l-effetti sekondarji ssuspettati li huma magħrufa wkoll bħala reazzjonijiet avversi suspettati għal mediċina fil-każ ta' mediċini awtorizzati fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE).

Għal mediċini awtorizzati fuq livell ċentrali, l-aċċess għar-rapporti jingħata bl-isem tal-mediċina jew bl-isem tas-sustanza attiva. Għal mediċini li mhumiex awtorizzati fuq livell ċentrali, l-aċċess jingħata abbażi tal-isem tas-sustanza attiva biss.

Please note: the drug treatment duration in the line listing of individual cases might be displayed in days although the reported drug treatment duration was not provided in days but in another unit. We are currently working on resolving this issue.

Informazzjoni ewlenija
bulit L-informazzjoni fuq din il-websajt hija relatata ma' effetti sekondarji ssuspettati, jiġifieri avvenimenti mediċi li ġew osservati wara l-użu ta' mediċina, iżda li mhumiex neċessarjament relatati mal-mediċina jew ikkawżati minnha.
bulit L-informazzjoni dwar l-effetti sekondarji suspettati m'għandhiex tiġi interpretata bħala li tfisser li l-mediċina jew is-sustanza attiva tikkawża l-effett osservat jew li mhijiex sigura biex tintuża. Evalwazzjoni ddettaljata u valutazzjoni xjentifika tad-dejta kollha disponibbli biss jippermettu li jsiru konklużjonijiet b'saħħithom dwar il-benefiċċji u r-riskji ta' mediċina.
L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini tippubblika din id-data sabiex il-partijiet kkonċernati tagħha, inkluż il-pubbliku ġenerali, jistaʼ jkollhom aċċess għall-informazzjoni li l-awtoritajiet regolatorji Ewropej jużaw biex jirrieżaminaw is-sigurt— taʼ mediċina jew taʼ sustanza attiva. It-trasparenza hija prinċipju taʼ gwida ewlieni tal-Aġenzija.
 EMA
EudraVigilance