Drittijiet tal-Awtur

Il-kontenut taʼ dan is-sit web, li hu magħruf bħala l-'Bażi taʼ Data Ewropea ta' rapporti dwar reazzjonijiet avversi ssuspettati għal mediċina', huwa © EMA [1995-2024].

Bʼmod partikolari, sakemm ma jingħadx mod ieħor, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, skont il-leġiżlazzjoni attwali tal-Unjoni Ewropea u fuq livell internazzjonali, hija l-proprjetarja tad-drittijiet tal-awtur u tad-drittijiet tad-database ta' dan is-sit web u tal-kontenut tiegħu.

L-informazzjoni u d-dokumenti li huma disponibbli fʼdawn il-paġni web huma pubbliċi u jistgħu jiġu riprodotti u/jew distribwiti, bʼmod sħiħ jew parzjali, irrispettivament mill-mezzi u/jew il-formati użati, għal finijiet kummerċjali u mhux kummerċjali, sakemm l-Aġenzija tkun dejjem rikonoxxuta bħala s-sors tal-materjal. Dan ir-rikonoxximent għandu jiġi inkluż fʼkull kopja tal-materjal.

Jistgħu jsiru ċitazzjonijiet minn tali materjal mingħajr il-bżonn taʼ permess minn qabel, sakemm is-sors jiġi dejjem rikonoxxut.

 EMA
EudraVigilance