Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà

Kull darba li tfittex rapport fuq il-web, ser tintwera dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà. Biex tara r-rapporti individwali għandek tikkonferma li qrajt u fhimt id-dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà.

Id-dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà fiha l-informazzjoni li ġejja:

  • L-informazzjoni fuq dan is-sit web ma timplikax konferma ta’ rabta potenzjali bejn il-mediċina u l-avveniment(i) osservat(i).
  • L-informazzjoni fuq dan is-sit web tikkonċerna avvenimenti avversi relatati ma’ prodotti mediċinali veterinarji li jirriflettu l-osservazzjonijiet u l-fehmiet tar-relatur. Valutazzjoni xjentifika ta’ relazzjoni ta’ kawża u effett bejn mediċina u effett hija parti mill-monitoraġġ kontinwu tal-benefiċċji u r-riskji ta’ mediċina; il-valutazzjoni tikkunsidra ħafna fatturi oħra.
  • L-informazzjoni tista’ tinkludi effetti sekondarji magħrufa li diġà huma elenkati fis-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott (SPC) u fil-fuljett ta’ tagħrif.
  • In-numru ta’ effetti sekondarji suspettati f’EudraVigilance m’għandux iservi bħala bażi għad-determinazzjoni tal-probabbiltà li jseħħ effett sekondarju. Dan minħabba li n-numri jeħtieġ li jitqiegħdu f’kuntest ma’ fatturi oħra, bħal pereżempju kemm jintuża prodott.
  • Kull każ individwali f’EudraVigilance jirreferi b’mod ġenerali għal annimal wieħed jew aktar; u jista’ jkun ġie inkluż aktar minn effett sekondarju wieħed f’rapport. Għalhekk, in-numru ta’ effetti sekondarji mhux dejjem ser ikun l-istess bħan-numru ta’ każijiet individwali.
  • Ir-rapporti ta’ effetti sekondarji f’EudraVigilance Veterinary ma jirrappreżentawx l-informazzjoni kollha disponibbli dwar il-benefiċċji u r-riskji ta’ mediċina u m’għandhomx jintużaw waħedhom biex jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-kors tat-trattament; l-ewwel għandhom jiġu kkonsultati sorsi oħra ta’ informazzjoni, inkluż l-informazzjoni dwar il-prodott jew professjonist fil-qasam tal-kura tas-saħħa veterinarja.

 EMA
EudraVigilance